Il-Gvernatur Scicluna jniedi l-inizjattiva tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ta’ tħawwil tas-siġar għal din is-sena
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, żar il-Park tal-Majjistral fil-Mellieħa fis-6 ta’ Marzu 2023 sabiex iniedi l-inizjattiva tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ta’ tħawwil tas-siġar għal din is-sena.
Il-Gvernatur, il-Professur Scicluna, flimkien ma’ Mr Darren Saliba, il-Maniġer tal-Park tal-Majjistral
Din is-sena, il-Bank Ċentrali ta’ Malta qiegħed jikkollabora mal-Park tal-Majjistral sabiex jitħawlu 150 siġra f’dan il-Park, fosthom siġar taż-żebbuġ, siġar tar-rummien, siġar tal-lewż, siġar tal-ballut u kif ukoll siġra tal-għargħar li hija s-siġra nazzjonali ta’ pajjiżna.
Preżenti għat-tħawwil tas-siġar ta’ din is-sena f’isem il-Park tal-Majjistral kien hemm il-Maniġer tal-Park, Mr Darren Saliba. F’isem il-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Gvernatur Scicluna rrikonoxxa x-xogħol li jsir fil-Park tal-Majjistral u tenna l-impenn u l-ħidma tal-Bank għal ambjent aktar sostenibbli.
Aqra iktar hawn.
Ritratti: Melvin Bugeja