Rokna tal-Gvernatur

Il-Gvernatur Scicluna żar Ġnien il-Mediterran biex iniedi l-inizjattiva għat-tħawwil tas-siġar

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, żar Ġnien il-Mediterran f'Raħal Ġdid fil-25 ta' Mejju 2022 sabiex iniedi l-inizjattiva għat-tħawwil tas-siġar tal-Bank Ċentrali ta' Malta għal din is-sena.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, żar Ġnien il-Mediterran

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, Mr Daniele Romano (Bank Ċentrali ta’ Malta – Chief Operating Officer),
Mr Alan Markham (Bank Ċentrali ta’ Malta - Operations Division), Mr Adrian Attard (Parks Malta – Director General) u Mr Ivan Farrugia, Direttur (Parks Malta - Embellishment). 

Din is-sena, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħadem ma’ Parks Malta biex iħawwel 250 siġra fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid, inklużi fost l-oħrajn, siġar tal-lewż, siġar tal-ħarrub, siġar taż-żebbuġ u siġar tar-rummienF’isem il-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Gvernatur Scicluna rrikonoxxa x-xogħol li sar minn Parks Malta u tenna l-impenn u l-ħidma tal-Bank għal ambjent aktar sostenibbli.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħadem ma’ Parks Malta biex iħawwel 250 siġra fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid

Mix-xellug: Mr Ivan Farrugia, Direttur (Parks Malta – Embellishment), Mr Alan Markham (Bank Ċentrali ta’ Malta – Operations Division), Mr Daniele Romano  (Bank Ċentrali ta’ Malta – Chief Operating Officer),
il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, Mr Adrian Attard (Parks Malta – Director General) u Mr Paul Debono (Parks Malta – Operations)