Economics Statistics

Stabbiltà finanzjarja

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jippubblika l‑Indikaturi aggregati tas‑Solidità Finanzjarja (FSIs). Il‑kunċetti u d‑definizzjonijiet li jappoġġjaw dawn l‑FSIs huma bbażati l‑aktar fuq 'The Financial Soundness Indicators: Compilation Guide (Guide)' u l‑emendi tiegħu kif riflessi fin‑nota 'Amendments to the Financial Soundness Indicators (FSIs): Compilation Guide (Guide)' tal‑FMI. Dawn l‑indikaturi ġew żviluppati mill‑Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) b'reazzjoni għal kriżijiet fis‑suq finanzjarju. L‑għan ewlieni hu li jappoġġjaw l‑analiżi makroprudenzjali u jivvalutaw il‑punti ta' qawwa u ta' dgħufija tas‑sistemi finanzjarji. Deskrizzjoni metodoloġika dettaljata tas‑serje tinsab fil‑website tal‑FMI fejn metadata estensiva tal‑FSI tiġi ppubblikata għall‑pajjiżi kollha li jipparteċipaw.

L‑FSIs ta' Malta jiġu kkumpilati bl‑użu ta' data pprovduta mill-core domestic banks li għandhom rwol sinifikanti fl‑ekonomija.

 

Indikaturi ta' statistika finanzjarja

Financial Soundness Indicators – Core Banks 2005 - 2014
(51kb - Last updated Wednesday, August 23, 2017 11:32) 
Financial Soundness Indicators – Core Banks 2015 onwards
(41kb - Last updated Monday, July 1, 2019 09:07)

 

Pubblikazzjonijiet, sorsi u metodi relatati

IMF Financial Soundness Indicators