Rokna tal-Gvernatur

Il-Gvernatur Scicluna jifraħ lil 30 impjegat/a għall-kisbiet akkademiċi riċenti tagħhom

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, iltaqa’ ma’ 30 impjegat/a sabiex jifirħilhom għat-tlestija b’suċċess ta’ kwalifika akkademika relatata max-xogħol tagħhom fil-Bank.

 Il-Gvernatur Scicluna jifraħ lil 30 impjegat/a għall-kisbiet akkademiċi riċenti tagħhom

Governor Scicluna congratulates 30 staff members for their recent academic achievements

Il-Gvernatur Scicluna jifraħ lil 30 impjegat/a għall-kisbiet akkademiċi riċenti tagħhom

Erbatax-il impjegat/a ser ikunu qed jiggradwaw aktar tard dan ix-xahar f’diversi dixxiplini mill-Università ta’ Malta.

Erbatax-il impjegat/a ser ikunu qed jiggradwaw aktar tard dan ix-xahar f’diversi dixxiplini mill-Università ta’ Malta. Dawn huma Kirsty Debono, Gabriele Lentini, Daryl Leigh Schembri Parnis, Periklis Chatzigiannis, Larissa Vella, Emmanuel Farrugia, Jessica Azzopardi, Casey Azzopardi, Julian Micallef, Mariah Dimech, Kurt Dylan Buttigieg, Luke Camilleri, Andre Attard, Gabriela Camilleri u Sarah Vella.

Sitt impjegati temmew iċ-Ċertifikat tal-Undergraduate in Accounting fil-Livell 5 tal-MQF.

Sitt impjegati temmew iċ-Ċertifikat tal-Undergraduate in Accounting fil-Livell 5 tal-MQF. Dan il-kors kien iddisinjat speċifikament mill-MCAST biex jilħaq il-ħtiġijiet tal-Bank. Dawn huma Nadia Barbara, Josette Mamo, Rodney Zammit, Charlot Galea, Ruth Cassar Gatt u Anthony Portelli.

Għaxar impjegati temmew b’suċċess kwalifiki undergraduate u postgraduate minn universitajiet ta’ fama u istituzzjonijiet ta’ tagħlim f’diversi dixxiplini.

Għaxar impjegati temmew b’suċċess kwalifiki undergraduate u postgraduate minn universitajiet ta’ fama u istituzzjonijiet ta’ tagħlim f’diversi dixxiplini. Dawn huma Lucienne Cross, Emerson Amaira, James Cilia, Nikola Parascandalo, Nikolai Vella, Colin Attard, Lara Cilia, George Cassar u Alan Markham.