Il‑Gvernatur Scicluna jifraħ lil 36 Impjegat/a għall‑kisbiet akkademiċi riċenti tagħhom
Il-Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, iltaqa’ ma’ 36 impjegat/a minn diversi dipartimenti tal‑Bank sabiex jifirħilhom għat-tlestija b’suċċess tal‑kwalifika akkademika riċenti tagħhom relatata mal‑ħidma tagħhom fil‑Bank. Din il-laqgħa tal-Gvernatur mal-impjegati saret fis-7 ta’ Marzu 2023 fil-Bank.

Impjegati tal-Bank kisbu kwalifiki akkademiċi li jvarjaw minn Diplomi, Gradi ta’ Baċellerat, Lawrji ta’ Master sa Lawrja ta’ Dottorat.

Il‑Gvernatur Scicluna indirizza lill‑impjegati preżenti u sostna li “Il‑Bank dejjem ta u ser ikompli jagħti prijorità kbira lill‑investiment fl-impjegati tiegħu li huma ħerqana biex ikomplu l‑istudji tagħhom u jtejbu l‑għarfien espert tagħhom.”

Impjegati tal-Bank li kisbu kwalifika akkademika flimkien mal-Gvernatur u ċ-Chief Officers rispettivi

Interns tal-Bank li kisbu kwalifika akkademika flimkien mal-Gvernatur u ċ-Chief Officers rispettivi