Rokna tal-Gvernatur

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jniedi wirja tal-arti ta’ Joseph Barbara f’ġieħ Fr Marius Zerafa

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta nieda wirja ta’ arti sostenibbli ta’ Joseph Barbara sabiex ifakkar il-memorja ta’ Fr Marius Zerafa wara mewtu f’Ottubru 2022. 

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta nieda wirja ta’ arti sostenibbli ta’ Joseph Barbara sabiex ifakkar il-memorja ta’ Fr Marius Zerafa

Bit-titlu ‘Skart Għani’, il-wirja kienet il-moħħ ta’ Fr Marius Zerafa, l-ewwel President tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta’ Malta. Il‑Bank kompla bl‑inizjattiva li jagħti ġieħ lill‑impenn tiegħu tul ħajtu sabiex jissaħħaħ il‑patrimonju artistiku ta’ Malta. Responsabbli għat-twaqqif ta’ MUŻA, Mużew tal-Arti f’Malta, il-patri Dumnikan kellu rwol kruċjali fl-irkupru b’suċċess tal-kwadru ta’ San Ġirolmu tal-Caravaggio fl-1987.

Waqt it‑tnedija, il‑Professur Edward Scicluna, il‑Gvernatur tal‑Bank, irrimarka li t‑tema ta’ sostenibbiltà ntgħażlet bi skop.

Bit-titlu ‘Skart Għani’, il-wirja kienet il-moħħ ta’ Fr Marius Zerafa, l-ewwel President tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta’ Malta.

Ritratti: Melvin Bugeja

Il-Bank jirrikonoxxi li t-tibdil fil-klima huwa l-akbar sfida li qed tiffaċċja l-umanità. Matul is-snin, kunsiderazzjonijiet ambjentali u klimatiċi saru wkoll parti integrali mill-operat tal-Bank, kemm f’termini tal-funzjonijiet tiegħu bħala bank ċentrali kif ukoll fir-rigward tal-operat tiegħu ta’ kuljum.

Aqra iktar hawn.