Il-Gvernatur Scicluna jilqa' l-avveniment tal-SDDS Plus għal Malta
Fil-31 ta' Lulju 2023, waqt Konferenza Stampa, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Bank Ċentrali ta' Malta ħabbru li Malta ssodisfat ir-rekwiżiti għall-aderenza mal-Istandard Speċjali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) għall-Pubblikazzjoni tad-Data (SDDS) Plus. Dan it-twettiq jimmarka l-ogħla livell ta' Inizjattivi tal-Istandards tad-Data tal-Fond. Dan l-avveniment, li sar f'Binja Laparelli tal-Bank Ċentrali ta' Malta, jiċċelebra pass ieħor importanti għal Malta fl-ippubblikar ta' informazzjoni statistika tal‑ogħla livell.
Il-Professur Edward Scicluna laqa' dan l-avveniment importanti għal Malta u nnota li "it-tixrid ta' ġabriet ġodda ta' data għal Malta taħt l-SDDS Plus ser ikun imprezzabbli biex jitrawwem fehim aktar profond u evalwazzjonijiet aktar infurmati tal-andament tas-setturi finanzjarji u oħrajn tal-ekonomija ta' Malta, id-dejn gross tal-gvern, u titoli ta' dejn b'mod ġenerali."
Aqra iktar hawn.
Ritratt: Melvin Bugeja