Economics Statistics

Kampjuni ta’ stħarriġ

Il-Bank jiġbor informazzjoni minn sorsi nazzjonali oħra billi kultant żmien jieħu kampjuni ta' stħarriġ dwar individwi u kumpaniji. Il-biċċa l-kbira ta' dan l-istħarriġ isir f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' riċerkaturi u esperti fl-istatistika oħrajn mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) sabiex ikun jista' jsir tqabbil tar-riżultati bejn il-pajjiżi. Il-ġbir ta' data minn dan l-istħarriġ jipprovdi evidenza importanti, direttament minn individwi u kumpaniji, b'analiżi dettaljata li mhix tipikament disponibbli minn statistika uffiċjali eżistenti. 

Stħarriġ dwar Finanzi u Konsum tal‑Individwi (HFCS)

Dan l‑istħarriġ jiġbor informazzjoni dwar il‑finanzi, id‑dħul, il‑konsum, it‑tfaddil, il‑ġid u indikaturi soċjoekonomiċi oħra ta’ individwi Maltin.

Wage Dynamics Network (WDN)

Il-Wage Dynamics Network (WDN) huwa network għar-riċerka li jikkonsisti minn ekonomisti mis‑SEBĊ. Id-WDN inizjalment opera bejn l-2006 u l-2009, u kompla jopera parzjalment fl‑2013.