News

Lekċers Pubbliċi u Workshops għall-Impjegati

Lekċers pubbliċi

Il-Bank Ċentrali ta' Malta jorganizza lekċers pubbliċi dwar suġġetti li jinkludu l-ekonomija u l-finanzi, il-liġi tal-banek ċentrali u l-iżvilupp istituzzjonali, u l-istorja ekonomika. Dawn il-lekċers huma miftuħin għall-pubbliku u jirrikjedu reġistrazzjoni.

Jekk tixtieq tirċievi avviżi dwar lekċers pubbliċi ġodda, jekk jogħġbok abbona hawnhekk

Skeda għall-2019

Workshops għall-impjegati

Mill-2018, il-Bank Ċentrali ta' Malta beda jorganizza workshops għall-impjegati dwar l-iżviluppi fl-Ekonomija u l-Finanzi, dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali u l-Attività Bankarja b'mod ġenerali, dwar l-Istabbiltà Finanzjarja u suġġetti relatati oħrajn. Il-Workshops jikkonsistu minn taħditiet jew preżentazzjonijiet mill-panel, segwiti minn mistoqsijiet u tweġibiet u diskussjoni miftuħa mal-udjenza. Il-Workshops huma miftuħin għall-impjegati.