Economics Statistics

Konsultazzjoni Pubblika

Konsultazzjoni għal abbozz ta' Regolament dwar ir‑rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għall‑fondi tal‑pensjonijiet

Fis‑26 ta' Lulju 2017, il‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), flimkien mal‑Awtorità Ewropea għall‑Assigurazzjoni u l‑Pensjonijiet tal‑Impjieg (EIOPA), nieda konsultazzjoni pubblika bi tħejjija għall‑adozzjoni tar‑Regolament tal‑BĊE li ser jidħol fis‑seħħ dwar ir‑rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għall‑fondi tal‑pensjonijiet. Bħala parti mill‑konsultazzjoni pubblika, il‑BĊE ħoloq paġna ddedikata fuq is‑sit elettroniku uffiċjali tiegħu. Id‑dokumenti kollha relatati, li jinkludu (a) l‑abbozz tar-Regolament, (b) nota ta' spjegazzjoni, (c) nota fil‑qosor dwar it‑tqabbil ta' merti u spejjeż taż‑żona tal‑euro u (d) il‑mistoqsijiet komuni tal‑pubbliku, jistgħu jiġu aċċessati hawnhekk. Din il‑konsultazzjoni, li hi mmirata l‑aktar lejn l‑industrija tal‑fondi tal‑pensjonijiet, il‑Banek Ċentrali Nazzjonali, l‑Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali u s‑swieq, tagħti lill‑partijiet interessati l‑opportunità li jikkummentaw dwar l‑abbozz tar-Regolament sad‑29 ta' Settembru 2017.

Wara din il‑konsultazzjoni pubblika, ir‑Regolament tal‑BĊE dwar ir‑rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għall‑fondi tal‑pensjonijiet ġie approvat u issa huwa disponibbli għall‑pubbliku. Il‑BĊE ta l‑kunsiderazzjoni xierqa lill‑kummenti kollha li rċieva matul il‑konsultazzjoni pubblika u minħabba f'hekk issimplifika r‑rekwiżiti ta' rappurtar għall‑fondi tal‑pensjonijiet. Aktar informazzjoni dwar dan tinstab hawnhekk.