Monetary Policy

Programm ta’ xiri mingħand is-settur pubbliku

Fit‑22 ta' Jannar 2015, il‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħabbar il‑programm estiż tal‑Eurosistema tax‑xiri ta' assi (APP), li issa jinkludi l‑programm ta' xiri mingħand is‑settur pubbliku (PSPP), il‑programm tax‑xiri ta' bonds garantiti (CBPP3), il‑programm tax‑xiri ta' titoli koperti b'assi (ABSPP) u l‑programm ta' xiri mis‑settur korporattiv (CSPP). Il‑PSPP beda fid‑9 ta' Marzu 2015, u bla dubju huwa l‑ikbar mill‑erba' programmi. Taħt il‑PSPP, membri tal‑Eurosistema jixtru bonds eleġibbli maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew reġjonali taż‑żona tal‑euro, ċerti aġenziji u diversi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali li jinsabu fiż‑żona tal‑euro.

Irkantijiet inversi tal‑programm ta' xiri mingħand is‑settur pubbliku

Minn Settembru 2016, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser iniedi fuq bażi ta' prova rkantijiet inversi għal ftit mix‑xiri outright (xiri definittiv jew dirett) tiegħu taħt il‑PSPP. Il‑Bank ser juża rkantijiet inversi sabiex jixtri titoli ta' dejn magħżula tal‑Gvern ta' Malta eleġibbli għall‑PSPP.

Normalment, l‑irkantijiet ser jitmexxew mill‑Bank nhar ta' Erbgħa, sakemm ma jkunx imħabbar mod ieħor fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank. Il‑lista ta' bonds speċifiċi ser titħabbar fuq din il‑paġna jumejn qabel l‑irkant. Il‑kontropartijiet eleġibbli jistgħu jipparteċipaw f'dawn l‑irkantijiet inversi tal‑PSPP.

Informazzjoni ppubblikata fuq din il‑paġna tinkludi wkoll it‑termini u l‑kundizzjonijiet, it-timeline, u l‑mistoqsijiet komuni.

It‑tħabbira mill‑Bank tal‑irkantijiet inversi inkluż il‑lista tal‑ISINs tinsab hawnhekk.

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser jippubblika r‑riżultati tal‑irkantijiet wara kull irkant.

ISINs list
(10kb - Last updated Friday, December 2, 2016)
Reverse Auction Results
(11kb - Last updated Tuesday, December 6, 2016)

Titoli eliġibbli u disponibbli għas‑self

Fit‑2 ta' April 2015, il‑Kunsill Governattiv tal‑BĊE ddeċieda li l‑bonds akkwistati minn membri tal‑Eurosistema fi ħdan il‑PSPP għandhom ikunu disponibbli għas‑self b'mod deċentralizzat, sakemm il‑kondizzjonijiet speċifiċi għall‑ġurisdizzjoni ma jiġġustifikawx mod ieħor. L‑iskop tas‑self ta' titoli hu li jingħata appoġġ għal‑likwidità tas‑suq fil‑qasam tal‑bonds u r‑repos mingħajr tfixkil fl‑attività normali tas‑suq tar‑repos. F'dan il‑kuntest, l‑ISINs ta' dawn il‑bonds se jiġu ppubblikati kull ġimgħa fuq is‑siti elettroniċi tal‑banek ċentrali nazzjonali rispettivi. Barra minn hekk, dawk il‑membri tal‑Eurosistema li lesti jsellfu l‑bonds tagħhom li huma eliġibbli skont il‑PSPP fil‑programm tas‑swieq tat‑Titoli (SMP) se jippubblikaw il‑lista tal‑ISINs tat‑titoli kkonċernati tal‑SMP fuq is‑siti elettroniċi rispettivi tagħhom.

Billi bħalissa fis‑suq m'hemmx domanda għal self tal‑istokks tal‑Gvern ta' Malta (MGS), l‑MGS li għandu l‑Bank Ċentrali ta' Malta mhumiex disponibbli għas‑self. Madankollu, fil‑portafoll tal‑politika monetarja tiegħu l‑Bank għandu għadd ta' titoli SMP eliġibbli skont il‑PSPP, li huma disponibbli għall‑attività repo permezz ta' ftehimiet bilaterali li l‑Bank għandu ma' kontropartijiet tiegħu. Għalhekk, il‑Bank se jibda jippubblika lista tal‑ISINs tal‑bonds relatati fuq is‑sit elettroniku tiegħu b'seħħ mit‑8 ta' April 2015.

PSPP-eligible SMP Securities Available for Lending held by the Central Bank of Malta