Rokna tal-Gvernatur

Il-Gvernatur Scicluna intervistat minn Politico

Fis-16 ta’ Ġunju, il-Professur Edward Scicluna, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, ġie intervistat mill-ġurnalist tal-Politico Ben Munster. Il-Gvernatur qal li l-ħtieġa li jiġu riveduti ‘l fuq it-tbassir ewlieni dwar l-inflazzjoni sorprendenti lilu u lill-kollegi tiegħu fuq il-Kunsill Governattiv. Huwa kien diżappuntat li dan ġara speċjalment hekk kif l-inflazzjoni nominali qed tonqos u anke l-inflazzjoni bażika tidher li laħqet il-quċċata f’xi pajjiżi bħal Spanja u Franza. Fil-laqgħa tal-politika monetarja li saret fil-jum ta’ qabel, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jgħolli t-tliet rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE b’25 punt bażi. Dan juri d-determinazzjoni biex jiġi żgurat li l-inflazzjoni terġa’ lura għall-mira tagħha ta’ 2% fuq żmien medju

Aqra l-intervista sħiħa hawn.

Il-Gvernatur Scicluna intervistat minn Politico