Rokna tal-Gvernatur

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta jindirizza l‑Konferenza Annwali tal‑Banek Ċentrali Mediterranji f’Istanbul

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna, indirizza l‑Konferenza Annwali tal‑Banek Ċentrali Mediterranji li saret f'Istanbul it‑Turkija, fil‑31 ta' Ottubru 2022.

Fl‑intervent tiegħu, il‑Gvernatur Scicluna tkellem dwar l‑isfidi li dawk li jfasslu l‑politika monetarja qed jiffaċċjaw fl‑ambjent makroekonomiku u ġeopolitiku attwali, u l‑obbligu li l‑pajjiżi tal‑Mediterran sabiex jispjegaw il‑pożizzjoni rispettiva tagħhom u r‑rilevanza tagħha għal dan ir‑reġjun. Dan huwa partikolarment hekk peress li l-instabbiltà finanzjarja fi kwalunkwe pajjiż ma tgħinx biex ir-reġjun sħiħ ikun attraenti f'għajnejn l-investitur. Il‑Gvernatur enfasizza l‑importanza li d‑deċiżjoni biex tiġi indirizzata l-inflazzjoni għolja għandha tkun flessibbli biex tindirizza l‑effetti sekondarji possibbli min‑normalizzazzjoni tal‑politika.

Fl‑għeluq, il‑Gvernatur tenna li l‑politika fiskali għandha tintuża biex tappoġġa lil dawk l‑aktar vulnerabbli permezz ta' miżuri mmirati u temporanji sabiex l‑isforz tal‑banek ċentrali biex tiġi stabbilita mill-ġdid l‑istabbiltà tal‑prezzijiet ma tkunx ipperikolata. Fil-livell internazzjonali, hemm skop għal aktar kooperazzjoni sabiex jiġu evitati riskji għall-istabbiltà finanzjarja milli jimmaterjalizzaw u biex l-inflazzjoni tinżel mingħajr ma jiġi pperikolat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

Aqra iktar hawn.

Il-Gvernatur Edward Scicluna flimkien ma’ parteċipanti oħra waqt il-Konferenza Annwali tal-Banek Ċentrali Mediterranji.
Il-Gvernatur Edward Scicluna flimkien ma’ parteċipanti oħra waqt il-Konferenza Annwali tal-Banek Ċentrali Mediterranji