News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

24/05/2022

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta b’donazzjoni ta’ Settijiet tal-Edizzjoni għall-Kollezzjonisti ta’ Midalji tal-Bronż ta’ La Vallette lid-Dar tal-Providenza

Bħala parti mill‑impenn wiesa’ tiegħu dwar ir‑responsabbiltà soċjali korporattiva, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ta total ta’ 2408 Settijiet tal-Edizzjoni għall-Kollezzjonisti ta’ Midalji tal-Bronż ta’ La Valette lid-Dar tal‑Providenza. Kull sett jinkludi midalja tal-bronż flimkien ma’ DVD informattiv b’vidjows ta’ kwalità għolja dwar il-Gżejjer Maltin, l-istorja u l-kultura tagħhom.

Il-midalja tal-bronż, li ġiet iddisinjata minn Luc Luycx u maħduma mir-Royal Belgian Mint, turi x-xbieha tal-Gran Mastru Jean de La Valette. Fuq in-naħa ta’ wara tal-munita hemm il-faċċata tal-Katidral ta’ San Ġwann. 

il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ta total ta’ 2408 Settijiet tal-Edizzjoni għall-Kollezzjonisti ta’ Midalji tal-Bronż ta’ La Valette lid-Dar tal‑Providenza

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ippreżenta din id‑donazzjoni lil Fr Martin Micallef, id-Direttur tad‑Dar tal‑Providenza, waqt ċerimonja li saret fil‑Bank fl‑24 ta' Mejju 2022. Il‑midalji ser jintużaw mid-Dar tal‑Providenza għall‑attivitajiet tagħha ta’ ġbir ta’ fondi.

Waqt il-preżentazzjoni tad‑donazzjoni, il‑Gvernatur Scicluna enfasizza l‑impenn tal‑Bank fir‑rigward tar‑responsabbiltà soċjali korporattiva. F'isem id-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef irringrazzja lill-Bank Ċentrali ta’ Malta għall-appoġġ u l-kooperazzjoni kontinwi tiegħu.

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ippreżenta din id‑donazzjoni lil Fr Martin Micallef, id-Direttur tad‑Dar tal‑Providenza, waqt ċerimonja li saret fil‑Bank fl‑24 ta' Mejju 2022

Lura lejn l-Arkivju