News

News - Web Releases 2020

18/05/2020

Emendi Għad-Direttiva Nru 8

Fit-22 ta' April 2020, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li huwa l-korp ewlieni responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BĊE, adotta sett ta' deċiżjonijiet b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID 19. 

Miżuri bħal dawn huma mmirati biex itaffu l-impatt negattiv ta' tnaqqis potenzjali fil-klassifikazzjoni fuq id-disponibbiltà tal-kollateral tal-Eurosistema li jirriżulta mill-waqgħa ekonomika bl-impatt tal-COVID 19.

Għal dan il-għan, fis-7 ta' Mejju 2020, il-Kunsill Governattiv adotta Linja Gwida BĊE/2020/29 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali relatati mal-operazzjonijiet ta' rifinanzjament u l-eliġibbiltà tal-kollateral tal-Eurosistema.

Il-Bank Ċentrali ta' Malta implimenta l-Linja Gwida b'mod sħiħ permezz ta' emendi fid-Direttiva tiegħu Numru 8 ('id-Direttiva') dwar l istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja. Dawn l-emendi huma applikabbli mit-18 ta' Mejju 2020. 

L-emendi għad-Direttiva huma deskritti fil qosor hawn taħt: 

a)  L-introduzzjoni ta' ċerti assi negozjabbli u emittenti eliġibbli fis-7 ta' April 2020.

b)  Livelli ġodda ta' valutazzjoni ta' haircuts applikabbli għal titoli garantiti b'assi (ABS).

ċ)  Livelli ġodda ta' valutazzjoni ta' haircuts applikabbli għal assi negozjabbli, apparti l-ABS.

Fid dawl tax-xenarju attwali tal-pandemija tal-COVID 19, il-Bank Ċentrali ta' Malta, permezz tad-Direttivi tiegħu maħruġa f'termini tal-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, Kapitolu 204 tal-Liġijiet ta' Malta, qiegħed jimplimenta b'mod kostanti l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma mal-Linji Gwida tal-BĊE sabiex jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja u l-operazzjonijiet ta' politika monetarja f'Malta matul dawn iż-żminijiet diffiċli u bla preċedent.

Lura lejn l-Arkivju