News

News - Web Releases 2019

30/12/2019

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jagħti donazzjoni lill-Istrina

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppreżenta donazzjoni ta’ €12,000 lill‑Istrina waqt l‑avveniment ta’ ġbir ta’ fondi mtella’ mill‑Malta Community Chest Fund fis‑26 ta’ Diċembru 2019. Dan l‑ammont jirrappreżenta €913 mill‑bejgħ ta’ diversi kotba waqt in‑Notte Bianca u kif ukoll dħul mid‑dress down day annwali organizzata fil‑Bank. B’ġenerożità, il‑maniġment tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta żied din is‑somma għal €12,000.

Il‑Bank għamel ukoll id‑donazzjoni ta’ €1,080 sabiex ikopri l‑ispejjeż tal‑parteċipazzjoni tal‑impjegati u l‑qraba tagħhom fil‑Fun Run ta’ din is‑sena, li ser issir fis‑26 ta’ Jannar 2020.

Dawn l‑inizjattivi jiffurmaw parti mill‑Programm wiesa’ ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal‑Bank. 

Donation to L-Istrina 2019

Ritratt: IRIS.

Lura lejn l-Arkivju