News

News - Web Releases 2019

20/11/2019

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jaġġorna d-Direttiva Nru 6 u d-Direttiva Nru 7

Il-Bank Ċentrali ta' Malta aġġorna d-Direttiva Nru 6 dwar il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kontijiet ta' Moduli ta' Pagamenti, Kontijiet Speċifiċi ta' Flus Kontanti T2S fit-TARGET2-Malta, u Kontijiet Speċifiċi ta' Flus Kontanti TIPS fit-TARGET2-Malta, u d-Direttiva Nru 7 dwar il-Provvista ta' Self Kurrenti matul il-Jum u l-Awto Garanzija.

Il-Bank Ċentrali ta' Malta emenda d-Direttiva Nru 6 dwar il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kontijiet ta' Moduli ta' Pagamenti, Kontijiet Speċifiċi ta' Flus Kontanti T2S fit-TARGET2-Malta, u Kontijiet Speċifiċi ta' Flus Kontanti TIPS fit-TARGET2-Malta u d-Direttiva Nru 7 dwar il-Provvista ta' Self Kurrenti matul il-Jum u l-Awto Garanzija biex jittrasponi l-bidliet implimentati mil-Linja Gwida BĊE/2019/30 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). L-emenda ewlenija li saret fid-Direttivi tinkludi l-introduzzjoni ta' Soluzzjoni ta' Kontinġenza billi tinkorpora funzjonalità ġdida ta' Pjattaforma Unika Kondiviża li tipproċessa ħlasijiet kritiċi u kritiċi ħafna f'każ ta' kontinġenza. Emendi oħra jinkludu kjarifika dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-parteċipazzjoni tad-ditti tal-investiment fit-TARGET2, inkluż ir-rekwiżit ta' opinjoni legali fir-rigward ta' ditti kummerċjali tal-investiment stabbiliti barra ż-Żona Ekonomika Ewropea u applikazzjoni għal parteċipazzjoni diretta f'sistema komponenti fit-TARGET2.

Lura lejn l-Arkivju