News

News - Web Releases 2019

07/11/2019

Karm Farrugia 17.07.1932 – 02.11.2019

L‑Ekonomista veteran Karm Farrugia miet fit‑2 ta’ Novembru fl‑età ta’ 87 sena. Is‑Sur Farrugia kien kontributur frekwenti dwar materji ekonomiċi u għal ftit żmien serva bħala deputat gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta bejn il‑15 ta’ Frar 1973 u t‑2 ta’ Lulju 1973. Is‑Sur Farrugia serva wkoll bħala direttur tal‑Malta Development Corporation fi żmien meta l‑pajjiż iffaċċja numru ta’ sfidi ekonomiċi wara t‑tluq tal‑forzi Brittaniċi. Wara li studja l‑kontabilità u dixxiplini segretarjali fl‑Università ta’ Londra, kiseb l‑MSc fl‑ekonomija mil‑London School of Economics and Political Science. Hu kien ukoll ikkwalifikat bħala kontabilist tal‑ispejjeż u l‑maniġġ u awditur. Kien ukoll elett fellow taċ‑Chartered Institute of Secretaries and Administrators. Għal ħafna snin, huwa ta lekċers fl‑ekonomija u l‑immaniġġjar industrijali fl‑Università ta' Malta.

Karm Farrugia

Photo: Times of Malta

Lura lejn l-Arkivju