News

News - Web Releases 2019

09/09/2019

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jaġġorna d-Direttiva Nru 5 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar ir-Rekwiżiti ta’ Rappurtar Statistiku

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑Bank) illum ippubblika verżjoni aġġornata tad‑Direttiva Nru 5 tal‑Bank Ċentrali ta' Malta dwar ir‑Rekwiżiti ta' Rappurtar Statistiku. Din id‑Direttiva tistabbilixxi l‑impożizzjoni ta' rekwiżiti ta' rappurtar fir‑rigward ta' informazzjoni statistika u informazzjoni oħra mitluba mill‑Bank minn żmien għal żmien, skont is‑setgħat mogħtija lilu mill‑Att dwar il‑Bank Ċentrali ta' Malta (Kap. 204) jew meta dan ikun meħtieġ, sabiex il‑Bank ikun jista' jwettaq il‑funzjonijiet tiegħu skont it‑Trattati, l‑Istatut jew kwalunkwe att legali li jista' joħroġ. Ir‑reviżjoni tad‑Direttiva tinkorpora d‑dmir tal‑Malta Development Bank li jirrapporta informazzjoni statistika skont il-ħtiġijiet tal-Bank, u d‑dmir tal‑Fondi għall‑Irtirar u tal‑Iskemi ta' Rtirar li jirrapportaw informazzjoni statistika lill‑Bank skont ir‑rekwiżiti stabbiliti ta' rappurtar taħt ir‑Regolament (UE) 2018/231 tal‑Bank Ċentrali Ewropew tas‑26 ta' Jannar 2018 dwar ir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal fondi tal‑pensjonijiet (BĊE/2018/2).

Lura lejn l-Arkivju