News

News - Web Releases 2019

25/04/2019

Studju dwar l-Imġiba rigward Pagamenti tal-Konsumaturi fiż-Żona tal‑euro

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jixtieq jinforma lill‑pubbliku inġenerali li l‑Eurosistema qiegħda twettaq studju dwar l‑imġiba rigward pagamenti tal‑konsumaturi sabiex ittejjeb l‑għażliet ta' pagamenti tal‑konsumaturi meta jagħmlu tranżazzjonijiet fil‑postijiet fejn isir il‑bejgħ, fuq l‑internet jew meta jħallsu xi kont. Dan l‑istudju hu bbażat fuq intervisti online, bit‑telefon u wiċċ imb wiċċ immexxija minn Kantar Public fiż‑żona kollha tal‑euro. F'xi pajjiżi, Kantar Public tista' tuża sottokuntratturi li joperaw taħt isem ieħor. Għal aktar informazzjoni dwar kif ser tintuża d‑data, jekk jogħġbok sib ir‑riżultati tal‑istħarriġ li kien sar qabel dan bit‑titlu "Study on the Use of Cash by Households in the euro area" fl‑2016. Id‑data kollha ser tiġi ttrattata kunfidenzjalment b'mod strett u ma tistax tiġi ttraċċata lura għall‑identità tar‑rispondenti individwali. Kantar Public għaddiet xogħol ta' kuntratt lil MISCO International Ltd sabiex twettaq l‑intervisti wiċċ imb wiċċ f'Malta.

Lura lejn l-Arkivju