News

News - Web Releases 2019

29/03/2019

Il-Pubblikazzjoni tad-Direttiva Nru 16 dwar ir-Regolament dwar Miżuri tas-Self

Fid‑29 ta' Marzu 2019, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika d‑Direttiva Nru 16 dwar ir‑Regolament dwar il‑Miżuri tas‑Self. L‑għan ta' dawn il‑miżuri li jorbtu huwa t‑tisħiħ tar‑reżiljenza tas‑selliefa u ta' min jissellef kontra l‑akkumulazzjoni potenzjali ta' vulnerabbiltajiet li joriġinaw mis‑suq tal‑proprjetà. Id‑Direttiva ser tidħol fis‑seħħ fl‑1 ta' Lulju 2019. Il‑miżuri ġew introdotti f'kollaborazzjoni mal‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) wara rakkomandazzjoni mill‑Bord Konġunt dwar l‑Istabbiltà Finanzjarja (JFSB).

Fl‑1 ta' Ottubru 2018 ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika u fid‑29 ta' Marzu 2019 ġiet ippubblikata Dikjarazzjoni tar‑Reazzjonijiet. Id-Dikjarazzjoni tar‑Reazzjonijiet tinkorpora r‑rispons mir‑rispondenti u l‑awtoritajiet wara l‑konsultazzjoni pubblika.

 

 

Lura lejn l-Arkivju