News

News - Web Releases 2019

15/03/2019 20:00:00

Solidarjetà man-nies ta’ New Zealand f’waħda mill-iktar ġranet koroh għal kulħadd: Messaġġ tal-Gvernatur Mario Vella lil Adrian Orr, Gvernatur tar-Reserve Bank of New Zealand

Mr Adrian Orr
Gvernatur
Reserve Bank of New Zealand

Għażiż Adrian,

Personalment u f'isem il‑Bord, il‑maniġment u l‑impjegati kollha tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, ippermettili nesprimi l‑kondoljanzi u s‑solidarjetà tiegħi man‑nies ta' New Zealand, permezz tiegħek u tal‑kollegi tagħna tar‑Reserve Bank of New Zealand, fl‑okkażjoni ta' diqa li l‑Prim Ministru tagħkom iddeskriviet bħala waħda mill‑iktar ġranet koroh ta' pajjiżkom. Aħna nikkunsidrawha bħala waħda mill‑iktar ġranet koroh għall‑persuni ta' rieda tajba kullimkien.

Mario

Mario Vella
Gvernatur
Bank Ċentrali ta' Malta

 

 

Lura lejn l-Arkivju