News

News - Web Releases 2019

28/01/2019

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jaġġorna d-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-Provvediment u l-Użu tas-Servizzi ta’ Pagament

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta llum ippubblika test aġġornat tad‑Direttiva Nru 1 tal‑Bank Ċentrali ta' Malta dwar il‑Provvediment u l‑Użu tas‑Servizzi ta' Pagament. Din id‑Direttiva timplimenta l‑provvedimenti ta' Titoli III u IV tar‑reviżjoni tad‑Direttiva dwar is‑Servizzi ta' Pagament (PSD2): Direttiva (UE) 2015/2366 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑25 ta' Novembru 2015 dwar is‑servizzi ta' pagament fis‑suq intern, li temenda d‑Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r‑Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tirrevoka d‑Direttiva 2007/64/KE, oriġinarjament ippubblikata fid‑9 ta' Jannar 2018.

Sommarju tat‑tibdiliet ewlenin jinsab hawn

Lura lejn l-Arkivju