News

News - Aġġornament Ekonomiku 2018

19/09/2018

Aġġornament Ekonomiku: Ħarġa 9/2018

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika l‑aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sal‑14 ta' Settembru 2018.

F'Awwissu, l‑Indiċi tal‑Bank rigward il‑Kundizzjonijiet tan‑Negozju (Business Conditions Index, BCI) naqas bi ftit fuq ix‑xahar ta' qabel, filwaqt li kompla jindika kundizzjonijiet aħjar mill‑medja. Tnaqqis fil‑fiduċja fis‑setturi tal‑kostruzzjoni, tal‑industrija u tal‑bejgħ bl‑imnut għeleb iż‑żieda fis‑sentiment fis‑settur tas‑servizzi. Is‑sentiment ekonomiku fost il‑konsumaturi baqa' ġeneralment stabbli f'livell għoli.

F'Lulju, l‑attività fit‑turiżmu kompliet tiżdied fuq is‑sena ta' qabel. B'kuntrast għal dan, kien hemm tnaqqis fil‑produzzjoni industrijali u fil‑bejgħ lill‑konsumaturi.

Il‑kundizzjonijiet tas‑suq tax‑xogħol baqgħu favorevoli, fost numru li qiegħed jonqos ta' nies qiegħda rreġistrati u rata baxxa tal‑qgħad.

Ir‑rata annwali tal‑inflazzjoni bbażata fuq l‑Indiċi Armonizzat tal‑Prezzijiet għall‑Konsumatur (HICP) telgħet għal 2.1% f'Lulju.

Ir‑rata ta' bidla annwali tad‑depożiti fil‑banek tar‑residenti f'Malta u t‑tkabbir annwali fil‑kreditu lil residenti f'Malta battew għal 3.5% u 2.5%, rispettivament.

Sadattant, il‑Fond Konsolidat ibbażat fuq dħul u nfiq attwali rreġistra bilanċ pożittiv meta mqabbel ma' defiċit irreġistrat sena qabel.

L‑Aġġornament Ekonomiku jinsab fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.

Lura lejn l-Arkivju