News

News - Web Releases 2018

18/12/2018

Waqfien tal-produzzjoni u l-ħruġ tal-karta tal-flus tal-€500

Fl‑4 ta' Mejju 2016, il‑Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li jħalli barra mis-sensiela Europa l-karta tal-flus tal-€500, u l‑ħruġ ta' din id‑denominazzjoni se jieqaf għalkollox lejn tmiem l‑2018. Id‑Deutsche Bundesbank u l‑Oesterreichische Nationalbank se joħorġu l‑karti tal‑€500 sas‑26 ta' April 2019. Il‑banek ċentrali nazzjonali l‑oħrajn kollha fiż‑żona tal‑euro se jipprovdu l‑karti tal‑€500 lilll‑klijienti tagħhom sas‑26 ta' Jannar 2019.

Wara tmiem il‑ħruġ, il‑karta tal‑€500 se tibqa' valuta legali u għalhekk tista' tkompli tintuża bħala mezz ta' ħlas u ħażna ta' valur. Partijiet kummerċjali (bħall‑banek, trasportaturi tal‑flus, bureaux de change eċċ.) huma permessi li jirriċirkolaw il‑karti tal‑€500. Il‑karta tal‑€500, bħad‑denominazzjonijiet l‑oħra kollha tal‑karti tal‑euro, se tibqa' żżomm il‑valur tagħha u wieħed jista' jsarrafha fil‑banek ċentrali nazzjonali tal‑Eurosistema għal żmien indefinit. 

€500 Production and issuance to discontinue

Lura lejn l-Arkivju