News

News - Web Releases 2018

03/12/2018

Dr Lillian Sciberras mogħtija l-Premju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 2018 għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba

Dr Lillian Sciberras

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jixtieq jifraħ lil Dr Lillian Sciberras li rċeviet il‑Premju tal‑Kunsill Nazzjonali tal‑Ktieb għall‑Kontribut Siewi fil‑Qasam tal‑Kotba.

Il‑kontribut uniku ta' Dr Sciberras għal‑letteratura Maltija, kemm bil‑Malti u kemm bl‑Ingliż, fl‑oqsma tal‑poeżija u r‑rumanz, hu mifrux fuq aktar minn tletin sena.

Għal tmien snin (1984‑1992) okkupat il‑kariga ta' Deputat Librar ġewwa l‑Librerija tal‑Università ta' Malta. Matul is‑snin serviet fuq diversi kumitati u bordijiet relatati mal‑libreriji u l‑professjoni tal‑librara. Kienet president tal‑Kumitat Konsultattiv statutorju tal‑Libreriji Pubbliċi. Dr Sciberras kienet Senior Lecturer tal‑Library Studies u kienet il‑Kap tad‑Division of Library and Information Studies (illum id‑Department of Library, Information, and Archival Sciences) fiċ‑Ċentru għat‑Teknoloġija tal‑Komunikazzjoni (illum il‑Fakultà tal‑Media and Knowledge Sciences) ġewwa l‑Università ta' Malta għal erbatax‑il sena (1992‑2006). Dr Sciberras għadha tokkupa l‑kariga ta' president tal‑LIAS Department Board of Studies.

Hija wkoll waħda mill‑membri fundaturi tal‑Malta Library & Information Association (MaLIA) u Fellow taċ‑Chartered Institute of Library and Information Professionals (ir‑Renju Unit). Bħalissa hija membru tal‑kunsill tal-Kunsill ta' Libreriji Maltin u tal‑Kunsill għall‑Arkivji Nazzjonali ta' Malta. 

Dr Lillian Sciberras hija membru tan‑Numismatic and Historical Publications Advisory Board tal‑Bank Ċentrali ta' Malta. 

Lura lejn l-Arkivju