News

News - Web Releases 2018

30/01/2018

Rapport tal-Impjegati tal-IMF dwar Malta

Fid‑29 ta' Jannar 2018, il‑Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) ppubblika r‑rapport tal‑impjegati tiegħu dwar il‑Konsultazzjoni skont l‑Artikolu IV tal‑2017 ta' Malta. F'dan ir‑rapport, l‑IMF innota li Malta baqgħet waħda mill‑iktar ekonomiji li qed jikbru b'pass mgħaġġel fl‑Ewropa, minħabba l-qagħda ekonomika favorevoli u politika b'saħħitha li wasslu għal riformi strutturali. Dan it‑tkabbir b'saħħtu fl‑2017 kien dovut għall-esportazzjoni ta' servizzi u l‑ħolqien dinamiku tal‑impjiegi, li skont il‑Fond hu mistenni li jippersisti fis‑snin li ġejjin, għalkemm b'ritmu aktar moderat. Madankollu, dan it‑tkabbir ekonomiku b'saħħtu flimkien ma' tkabbir fil‑popolazzjoni qegħdin ipoġġu pressjoni fuq l‑infrastruttura. Sadattant, ir‑rapport josserva li l‑banek domestiċi baqgħu profittabbli u b'livell ta' kapital tajjeb, għalkemm minkejja titjib fil‑kwalità tal‑assi, self li ilu għal ħafna żmien klassifikat bħala wieħed fejn il‑ħlas qiegħed b'lura, għalkemm qed jonqos, għadu jippreżenta sfida lis‑settur bankarju. L‑IMF jinnota li l‑pożizzjoni fiskali baqgħet f'bilanċ pożittiv, sostnuta minn dħul b'saħħtu u trażżin fiż-żieda fl‑infiq, filwaqt li l‑kont kurrenti fil‑Bilanċ tal‑Pagamenti baqa' wkoll f'bilanċ pożittiv, minħabba bilanċ imdaqqas tas‑servizzi.

Lura lejn l-Arkivju