News

News - Web Releases 2018

09/01/2018

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jippubblika t-test finali tar-reviżjoni tad-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank) illum ippubblika t-test finali tar-reviżjoni tad-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta' Malta dwar il-Provvediment u l-Użu tas-Servizzi ta' Pagament. Din id-Direttiva timplimenta l-provvedimenti ta' Titoli III u IV tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas: Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE. Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas (PSD2) timmira li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, tinkoraġġixxi aktar kompetizzjoni u tirregola parteċipanti ġodda tas-suq.

Il-Bank ippubblika wkoll Post Consultation Report li jinkludi l-pożizzjoni li addotta l-Bank b'reazzjoni għall-kummenti li rċieva minn parteċipanti tas-suq matul il-konsultazzjoni pubblika dwar l-implimentazzjoni tar-reviżjoni tad-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta' Malta li għalqet fis-7 ta' Lulju 2017.

Ir-reviżjoni tad-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta' Malta dwar il-Provvediment u l-Użu tas-Servizzi ta' Pagament ser tapplika mit-13 ta' Jannar 2018 u se tirrevoka d-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta' Malta (Ref: CBM 01/2009). 

Fuljett maħruġ mill-Malta Bankers' Association

Lura lejn l-Arkivju