News

News - Web Releases 2017

10/04/2017

Djalogu ta’ Livell Għoli dwar il-Politika li sar bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema u tal-Pajjiżi Mediterranji

Il-Bank Ċentrali ta' Malta u l-Bank Ċentrali Ewropew flimkien mexxew laqgħa ta' Djalogu ta' Livell Għoli dwar il-Politika bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema u dawk tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u tal-Lvant Nofsani, inkluża t-Turkija. Il-laqgħa saret il-Ħamis 6 ta' April 2017 ġewwa l-Belt Valletta. Uffiċjali għoljin tal-Bank Ċentrali Ewropew, immexxija mill-President Mario Draghi u l-Viċi-President Vítor Constâncio, attendew għal-laqgħa flimkien ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

Djalogu ta’ Livell Għoli dwar il-Politika li sar bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema u tal-Pajjiżi Mediterranji

Lura lejn l-Arkivju