News

News - Web Releases 2017

  • 22 ta' Diċembru 2017

    Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji

    Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, Dr. Mario Vella, għamel preżentazzjoni lill-Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji tal-Parlament dwar l-aħħar zviluppi ekonomiċi u fis-settur bankarju ta’ Malta.

  • 12 ta' Diċembru 2017

    Artiklu ta' riċerka ppubblikat fil-Journal of Economic Integration

    Studju ta’ Dr Aaron Grech, Chief Economist fil-Bank Ċentrali ta' Malta, bit-titlu “Did Malta’s Accession to the EU Raise its Potential Growth?: A Focus on the Foreign Workforce”, ġie ppubblikat fil-Journal of Economic Integration 2017 December; 32(4): 873-890. Dan l-istudju jevalwa l-impatt fuq it-tkabbir fil-produzzjoni potenzjali ta’ Malta kkawżat miż-żieda fil-migrazzjoni.

  • 11 ta' Diċembru 2017

    Il-Professur John Chircop elett Viċi-President tas-CMU

    Il-Professur John Chircop, Chairperson tal-Mediterranean Institute fl-Università ta’ Malta, ġie elett riċentement bħala Viċi-President tal-Community of Mediterranean Universities (CMU). Il-Professur Chircop huwa membru tan-Numismatic and Historical Publications Advisory Board tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

  • 15 ta' Novembru 2017

    Workshop - Building resilience to the de-risking agenda

    Fl-14 ta’ Novembru 2017, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, f'kollaborazzjoni ma’ Fintrail London, ospita Workshop għal parteċipanti mis-settur bankarju bit-titlu “Building resilience to the de-risking agenda”.

  • 09 ta' Ġunju 2017

    Konsultazzjoni Pubblika

    Fid‑9 ta' Ġunju 2017, il‑Bank Ċentrali ta' Malta nieda Konsultazzjoni Pubblika dwar l‑implimentazzjoni tat‑test propost tar‑reviżjoni tad‑Direttiva relatata mal‑Provvediment u l‑Użu tas-Servizzi ta' Pagament f'Malta, li ser tirrevoka d‑Direttiva Nru 1 tal‑Bank Ċentrali ta' Malta (Ref: CBM 01/2009).