News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2010

12/01/2010

Regolament KE 924/2009 tal-Parlament Ewropew dwar ħlasijiet transkonfinali

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta qed javża li d‑Direttiva Nru. 3 tal‑Bank dwar trasferiment ta' kreditu minn pajjiż għall‑ieħor qed tiġi sostitwita minn Regolament KE 924/2009 tal‑Parlament Ewropew, u għalhekk qed tiġi rtirata.  Ir‑Regolament 924/2009 jieħu post Regolament KE 2560/2001 li kien revokat fl‑1 ta' Novembru 2009.

Ir‑Regolament 924/2009 jintroduċi miżuri li jiffaċilitaw l‑awtomatizzazzjoni tal‑ħlas.  Barra minn hekk jistipula li l‑ispejjeż għal ħlasijiet minn pajjiż għall‑ieħor flż‑Żona Ekonomika Ewropea m'għandhomx ikunu differenti minn dawk imposti fuq pagamenti magħmula lokalment, u jirregola l‑ispejjeż marbuta mal‑iskambju tad‑debitu dirett bejn min jipprovdi s‑servizz.   Kull min joħroġ invoice jew talba għal pagament hu wkoll mitlub permezz tar‑Regolament li jikkwota fuq l‑invoices jew kontijiet in‑Numru Internazzjonali tal‑Kont Bankarju (IBAN) u l‑Kodiċi tal‑Identifikazzjoni tal‑Bank (BIC) fejn applikabbli, filwaqt li min jagħmel il‑ħlas hu mitlub li jikkwota l‑IBAN u l‑BIC ta' min se jitħallas meta jsir il‑pagament sabiex jibbenefika mill‑provvedimenti tar‑Regolament.

Ir-Regolament sħiħ jinsab fis-sit elettroniku segwenti: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:266:0011:0018:MT:PDF

Lura lejn l-Arkivju