Laqgħa tal-Gvernatur ma’ Mr Frédéric Kaplan, Ministru Kunsillier għall-Affarijiet Ekonomiċi
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta' korteżija minn Mr Frédéric Kaplan, Ministru Kunsillier għall‑Affarijiet Ekonomiċi u Kap ġdid tas‑Servizz Ekonomiku Reġjonali Franċiż għax-Xlokk tal-Ewropa fl‑Ambaxxata Franċiża f'Ruma.
Jakkumpanja lil Mr Kaplan kien hemm il-Kunsillier Ekonomiku u Viċi Kap tas-Servizz Reġjonali Ekonomiku għax-Xlokk tal-Ewropa, Ms Laura Torrebruno, u Ms Raphaëlla d'Aubert, Economic Attaché fl-Ambaxxata Franċiża f'Malta.
Preżenti għal-laqgħa - li saret il-Ħamis, 27 ta' Mejju 2021 - kien hemm id-Deputat Gvernatur Mr Alexander Demarco u l-Maniġer tal-International Relations Department Dr Kalina Koleva.
Il-laqgħa kienet dwar l-istat attwali tal-ekonomija u l-prospetti għaż-żewġ pajjiżi fil-kuntest tal-iżvilupp tal-politika fl-Unjoni Ewropea.
Il‑Professur Edward Scicluna, Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta (ċentru), fuq ix‑xellug tiegħu Mr Alexander Demarco, Deputat Gvernatur, il‑Bank Ċentrali ta' Malta, u fuq il‑lemin tiegħu Dr Kalina Koleva, Maniġer tal-International Relations Department
Il‑Professur Edward Scicluna, Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta (lemin), u Mr Frédéric Kaplan, Ministru Kunsillier għall‑Affarijiet Ekonomiċi u Kap tas-Servizz Reġjonali Ekonomiku Franċiż għax-Xlokk tal-Ewropa, Ambaxxata Franċiża fl-Italja.
Ringiela ta’ fuq: Il‑Professur Edward Scicluna, Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta (fiċ-ċentru) ma’ Mr Alexander Demarco, Deputat Gvernatur għall‑Politika Monetarja, il‑Bank Ċentrali ta' Malta fuq ix‑xellug tiegħu, u Dr Kalina Koleva, Maniġer tal-International Relations Department fuq il‑lemin tiegħu
Ringiela t’isfel: Mr Frédéric Kaplan, Ministru Kunsillier għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kap tas-Servizz Ekonomiku Reġjonali Franċiż għax-Xlokk tal-Ewropa, Ambaxxata Franċiża fl-Italja (fiċ-ċentru) akkumpanjat minn Ms Laura Torrebruno, Kunsillier Ekonomiku u Viċi Kap tas-Servizz Reġjonali Ekonomiku għax-Xlokk tal-Ewropa, u Ms Raphaëlla d'Aubert, Economic Attaché fl-Ambaxxata Franċiża f'Malta.