Il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali Mediterranji jiddiskutu l-irkupru wara l-COVID-19
Il‑Gvernaturi tal‑Banek Ċentrali minn għaxar pajjżi fil‑Mediterran li jiffurmaw id-Djalogu Mediterranju tal‑Punent għandhom jestendu l-irwol tagħhom bl-inklużjoni ta' ministri għall-finanzi fil‑laqgħat intergovernattivi tagħhom fil-futur, qal il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta l-Prof. Edward Scicluna. Kien wieħed minn grupp ta' kelliema li ddiskuta l-pjan direzzjonali tal-banek ċentrali biex jippromwovi rkupru sostenibbli ta' wara l-COVID-19 fir-reġjun.
Il-Prof. Scicluna kien qed jitkellem waqt Konferenza tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali Mediterranji bit-titlu "Central Banks at the Frontline of the COVID-19 Crisis: Weathering the Storm, Spurring the Recovery". Il-konferenza onlajn ġiet organizzat mill-Banco de España, il-Bank Ċentrali tat-Tuneżija, l-OECD u l-Istitut Ewropew tal-Mediterran.
Tista' tara l-video hawn.
