Rokna tal-Gvernatur

Il-Gvernatur Scicluna jospita laqgħa tal-MCESD f'Binja Laparelli

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ospita l-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) f’Binja Laparelli fis-16 ta’ Mejju 2023.

L-MCESD huwa kunsill konsultattiv li jniedi opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lill-Gvern Malti, lis-soċjetà ċivili u lill-pubbliku dwar materji ta’ rilevanza ekonomika u soċjali.

Il-Gvernatur laqa’ liċ-Chairperson tal-MCESD il-Perit David Xuereb, il-Ministru għall-Ġustizzja l-Onor. Jonathan Attard, il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali l-Onor. Anton Refalo u s- Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali l-Onor. Andy Ellul.

Il-Gvernatur Scicluna jilqa’ liċ-Chairperson tal-MCESD il-Perit David Xuereb f'Binja Laparelli
Il-Gvernatur Scicluna jilqa’ liċ-Chairperson tal-MCESD il-Perit David Xuereb f'Binja Laparelli

Ritratt: Melvin Bugeja