Rokna tal-Gvernatur

Il‑Gvernatur Scicluna jilqa’ lill‑President tal‑Kunsill Malti għall‑Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) fil‑Bank Ċentrali ta’ Malta

It-Tlieta 17 ta' Jannar 2023, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta' korteżija mill‑Perit David Xuereb, bħala ċ-Chairperson il-ġdid tal‑Kunsill Malti għall‑Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li nħatar fid‑9 ta' Jannar 2023.

Matul din il‑laqgħa, il‑Gvernatur tkellem dwar l-irwol ewlieni tal‑MCESD bħala kunsill konsultattiv li jippubblika opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lill‑gvern Malti, lis‑soċjetà ċivili u lill‑pubbliku dwar materji ta' rilevanza ekonomika u soċjali. Dan kien evidenti b'mod partikolari fil-maniġġ tal-pandemija tal-COVID-19 u fis-sejba ta' modi biex jittaffew l-effetti negattivi tal-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna fuq l-ekonomija Maltija.

Il‑laqgħa saret fl‑uffiċċju tal‑Gvernatur fil‑binja prinċipali tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fil‑Belt Valletta.

Courtesy Visit - MCESD
Il-Perit David Xuereb, iċ-Chairperson tal-MCESD u l-Professur Edward Scicluna, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta