- Home
-
- Rokna tal-Gvernatur
-
- Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jimplimenta soluzzjoni komuni b’kollaborazzjoni mal-Banque de France
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jimplimenta soluzzjoni komuni b’kollaborazzjoni mal-Banque de France
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna indirizza s‑sessjoni tal‑ftuħ ta' għadd ta' workshops bħala parti mill‑fażi tal‑implimentazzjoni ta' Sistema ġdida ta' Amministrazzjoni tal-Assi Finanzjarji. Din is-sistema tintuża għall-ipproċessar tal-operazzjonijiet tal-assi finanzjarji u riżervi bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tal-Bank f'dan il-qasam.
Il-Professur Scicluna ikkonkluda l-indirizz tiegħu billi qal, "Dan il-proġett jagħti importanza lill-vantaġġi li s-sħubija fl-Eurosistema tittrażmetti lill-Bank fis-servizz tiegħu lill-pajjiż."
Aqra iktar hawn.


Il-Gvernatur Edward Scicluna indirizza s-sessjoni tal-ftuħ ta' għadd ta' workshops dwar il-MAPS Project