Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jikkonkludi Workshop ta’ jumejn dwar Tagħlim Awtomatiku
Fis-7 ta' Lulju 2023, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta Edward Scicluna enfasizza s-sinifikat tat-tagħlim awtomatiku fil-qasam tal-banek ċentrali u l-potenzjal tiegħu biex itejjeb bil-kbir il-kapaċità tal-Bank li jilħaq l-għanijiet tiegħu. Il-Gvernatur kien qed jikkonkludi Workshop ta' jumejn dwar it-Tagħlim Awtomatiku għall-impjegati li pprovda pjattaforma siewja għall-iskambju tal-għarfien u wera l-impenn tal-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmel użu mit-teknoloġiji l-aktar avvanzati għall-avvanz strateġiku.
Id-diskors sħiħ tal-Gvernatur Scicluna jinsab hawn.
