About Us

Introduzzjoni

Il‑Bank jikkollabora ma' awtoritajiet lokali u istituzzjonijiet internazzjonali dwar affarijiet ta' interess komuni.

Fuq livell lokali l‑Bank jaħdem mill‑qrib mal‑Ministeru għall‑Finanzi, mal‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta u l‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Istatistika, kif ukoll mas‑settur bankarju u finanzjarju Malti.

Fuq livell internazzjonali, barra li huwa membru tas‑SEBĊ u tal‑Eurosistema, il‑Bank għandu relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali li tagħhom Malta hija membru. Dawn l‑istituzzjonijiet jinkludu l‑Fond Monetarju Internazzjonali, il‑Bank Dinji, il‑Bank Ewropew għar‑Rikostruzzjoni u l‑Iżvilupp u l-Bank Asjatiku għallInvestiment flInfrastruttura.