Rokna tal-Gvernatur

Laqgħa Informali tal-Kunsill ECOFIN – Lisbona, il-Portugall

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna u d-Deputat Gvernatur Alexander Demarco pparteċipaw fil-Laqgħa Informali tal-Kunsill ECOFIN organizzata mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f'Lisbona fil-21-22 ta' Mejju 2021. Is-suġġett ewlieni kien il-punt ta’ bidla mill-kriżi pandemika għall-irkupru ekonomiku.

Il-Ministri u l-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali skambjaw ukoll fehmiet dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn il-politiki monetarji u baġitarji, partikolarment l-irwol ta' stabbilizzazzjoni tal-politika baġitarja f'kuntest ta' rati tal-imgħax baxxi.

Sors: Il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Laqgħa Informali tal-Kunsill ECOFIN - Group Photo

Laqgħa Informali tal-Kunsill ECOFIN - Gvernatur & Deputat Gvernatur

Laqgħa Informali tal-Kunsill ECOFIN