- Home
-
- Rokna tal-Gvernatur
-
- Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jipparteċipa fil-Laqgħat Annwali tal-FMI u tal-Bank Dinji għall-2022
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jipparteċipa fil-Laqgħat Annwali tal-FMI u tal-Bank Dinji għall-2022
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil-Laqgħat Annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) għall-2022 li saru f’Washington D.C. bejn l-10 u s-16 ta’ Ottubru 2022. Hu kien akkumpanjat mid-Deputat Gvernatur tal-Bank Alexander Demarco. Il-Gvernatur Scicluna attenda s-sessjonijiet plenarji li jinkludu l-Plenarja tal-Kumitat tal-FMI u d-Djalogu tal-MENA.
Id-delegazzjoni bankarja kellha laqgħat ta’ livell għoli ma’ membri tad-Dipartiment tal-Affarijiet Fiskali mmexxija minn Juan Toro, viċi direttur, it-tim tal-Article IV Mission immexxi minn Kotaro Ishi, id-Direttur Eżekuttiv tal-FMI li għadu kemm ħa dan ir-rwol u dak li ser jirtira mill-istess kariga, Federico Giammusso u Domenico Fanizza rispettivament, u d-direttur tal-pajjiż tal-Bank Dinji għal Maghreb, Jesko S. Hentschel.

Is-Sessjoni Plenarja - The MENA Dialogue: Managing in Uncertain Times