- Home
-
- Rokna tal-Gvernatur
-
- Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta jindirizza lill-mistednin tal-Ikla Annwali tal-Istitut għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta jindirizza lill-mistednin tal-Ikla Annwali tal-Istitut għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta
Il-Professur Edward Scicluna, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, indirizza lill-mistednin tal-ikla annwali tal-Istitut għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta.
Fid-diskors tiegħu, il-Gvernatur għamel referenza għal kif ix-xenarju ekonomiku nbidel mill-aħħar ikla annwali meta l-ekonomiji bdew jerġgħu jiftħu bil-mod il-mod wara l-kaos li kienet ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li r-rati tal-imgħax tal-politika monetarja fl-ekonomiji avvanzati ewlenin kienu għadhom negattivi jew kemxejn pożittivi. Dan kollu meta l-inflazzjoni kienet mistennija li terġa' lura għal livelli moderati.

Ritratt: Daniel Cardona
Il-Professur Scicluna temm l-indirizz tiegħu fuq nota pożittiva billi qal li f'Novembru, ir-rata tal-inflazzjoni madwar il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi taż-żona tal-euro inkluża Malta naqset għall-ewwel darba fi sbatax-il xahar u li r-reċessjoni tant mistennija fi tmiem din is-sena tista' ma sseħħx wara kollox. Il-Gvernatur Scicluna ikkonkluda billi qal li "il-BĊE mhux ser ikompli jżid ir-rati tal-imgħax.? ...mhux bilfors".
Aqra iktar hawn.