Rokna tal-Gvernatur

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Ellenika bi żjara ta’ korteżija lill-Gvernatur Scicluna

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta’ korteżija mill‑E.T. Thasia Anastasiou, Ambaxxatriċi tar-Repubblika Ellenika għal Malta, il‑Ġimgħa 6 ta’ Mejju 2022.

Il-Gvernatur Scicluna u l-E.T. l-Ambaxxatriċi Anastasiou rreferew għal għadd ta’ sfidi li ż-żewġ pajjiżi qed jiffaċċjaw bħalissa u sostnew li “f’kuntest ikkaratterizzat minn inċertezza dejjem tikber u sfidi sinifikanti, il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna hija kruċjali.”

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, u l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Ellenika għal Malta, l-E.T. Thasia Anastasiou

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, u l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Ellenika għal Malta, l-E.T. Thasia Anastasiou

(Ritratt: Melvin Bugeja)