About Us

Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta hu marbut li jagħti rendikont lill‑Kamra tar‑Rappreżentanti fil‑Parlament. Kull sitt xhur, il‑Gvernatur jista' jintalab jirrapporta dwar il‑kondotta tal‑Bank lill‑Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji (jew kumitat ieħor) tal‑Kamra tar‑Rappreżentanti u jipprovdilha kull informazzjoni meqjusa meħtieġa.