About Us

Kodiċi tal-Etika u politika oħra

Dan il-Kodiċi ta' Etika joffri linji gwida f'kwistjonijiet ta' etika professjonali lill-impjegati tal-Bank Ċentrali ta' Malta u jistabilixxi standard ta' etika li partijiet terzi jirċievu fit-trattamenti tagħhom mal-Bank Ċentrali ta' Malta. Il-Kodiċi huwa mingħajr preġudizzju għat-termini tal-kuntratti individwali tal-impjegati, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, ir-Regoli u l-Ordnijiet u politika rilevanti oħra tal-Bank.

Id-Dokument tal-Kodiċi tal-Etika jista' jiġi aċċessat hawn.

Il-Prevenzjoni tal-Abbuż minn Informazzjoni tal-Bank

L-iskop ta' dan ir-regolament huwa li jistabbilixxi l-qafas għall-imġiba xierqa mill-impjegati kollha tal-Bank Ċentrali ta' Malta fir-rigward ta' informazzjoni tal-Bank filwaqt li joffri protezzjoni għall-individwi kif ukoll għall-Bank.

Il-regolament dwar il-Prevenzjoni tal-Abbuż minn Informazzjoni tal-Bank jista' jiġi aċċessat hawn.