Il-Gvernatur Scicluna jsellem il-memorja tar-Reġina Eliżabetta II
Illum, it-Tnejn 12 ta' Settembru 2022, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna żar lill-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit u ffirma l-Ktieb tal-Kondoljanzi. F’isem l-impjegati kollha tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Gvernatur estenda l-kondoljanzi tiegħu lill-Familja Rjali u lill-poplu Brittaniku.
