Il-Messaġġ tal-Gvernatur waqt il-preżentazzjoni tar-Rapport Annwali
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta nieda r-Rapport Annwali tiegħu għall‑2021, waqt konferenza li saret fis‑27 ta’ April 2022. Waqt il-konferenza, il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, enfasizza li l‑Bank Ċentrali ta’ Malta ser ikompli jissorvelja mill-qrib l-ekonomija u s‑sistema finanzjarja u jwassal informazzjoni lill‑pubbliku. Il-Gvernatur stqarr li l-livelli tal-attività ekonomika diġà reġgħu lura għal dawk prevalenti qabel il-pandemija, waqt li t-tkabbir mistenni li jimmodera għal livelli aktar normali. Il-Bank jistenna li l-PDG jikber b’6% fl-2022, b’5.3% fl-2023 u bi 3.8% fl-2024, għalkemm ġie enfasizzat li t-tali tbassir kien ippreparat qabel l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, li tirrappreżenta riskju negattiv għal dan it-tbassir.
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna
(Ritratt: Melvin Bugeja)