Rokna tal-Gvernatur

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta joħroġ munita numiżmatika li tfakkar l‑Għaqda Każini tal‑Banda

Fit‑18 ta’ Lulju 2023, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita numiżmatika li tfakkar l‑Għaqda Każini tal‑Banda (GħKB) li din is‑sena qed tiċċelebra l‑ħamsa u sebgħin anniversarju tagħha. Il-Gvernatur qal li l-każini tal-banda f'Malta u Għawdex huma parti integrali mis-soċjetà u l-kultura tal-gżejjer Maltin, u tul is-snin, stabbilew lilhom infushom bħala istituzzjoni fil-qalba ta' kull belt u raħal, bil-għan li xxerred il-kultura Maltija u t-tagħlim tal-mużika. Il-każini tal-banda baqgħu relevanti sal-lum.

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna ma’ Dr Noe Camilleri, President tal-Għaqda Każini tal-Banda, membri tal-Assoċjazzjoni u impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna ma’ Dr Noel Camilleri, President tal-Għaqda Każini tal-Banda,
membri tal-Assoċjazzjoni u impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita numiżmatika li tfakkar l‑Għaqda Każini tal‑Banda

Dr Camilleri rringrazzja lill-Gvernatur u lill-Bank talli għażlu l-ħamsa u sebgħin anniversarju tal-Għaqda għall-ħruġ tal-muniti kommemorattivi.

Ritratti: Melvin Bugeja & Stephen Rutland