Gabriel Caruana

Gabriel Caruana

Il-Bank Ċentrali ta' Malta kburi li l-kollezzjoni tiegħu tal-arti tinkludi disa' xogħlijiet ta' Gabriel Caruana, skultur, ċeramist u pittur Malti. Caruana, li twieled fl-1929, miet fis-16 ta' Lulju 2018. Ix-xogħlijiet tiegħu ġew esebiti fir-Renju Unit, l-Italja, l-Iżvizzera, il-Ġappun, il-Ġermanja, il-Libja, l-Iżrael u l-Awstralja.