Rokna tal-Gvernatur

‘Resilience in Uncertain Times’ – L-Ewwel Tnedija mill-Bank Ċentrali ta’ Malta relatata mal-FSR

L-ewwel tnedija li qatt saret mill-Bank Ċentrali ta’ Malta relatata mar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja (FSR), bit-titlu ‘Financial Stability Report 2021 – Resilience in Uncertain Times’, saret fid-29 ta’ Settembru 2022 fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-FSR huwa r-rapport ewlieni tal-Bank dwar l-istabbiltà finanzjarja f’Malta u t-tnedija, li hija l-ewwel waħda ta’ dan it-tip, tiffoka dwar l-erbatax-il edizzjoni ppubblikata riċentement.

‘Resilience in Uncertain Times’ – L-Ewwel Tnedija mill-Bank Ċentrali ta’ Malta relatata mal-FSR

Fl-indirizz tiegħu tal-ftuħ, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Scicluna qal: “Hija l-intenzjoni tagħna li nagħmlu l-konklużjonijiet ewlenin aktar magħrufa mal-pubbliku, peress li l-ħajja ta’ kuljum tan-nies tiddependi fuq l-istabbiltà finanzjarja. Qed nippruvaw ukoll nużaw mezzi aktar kontemporanji sabiex inwasslu l-messaġġi ewlenin tagħna u biħsiebna nintensifikaw dan l-isforz, u nimxu ’l quddiem.”

Central Bank of Malta Governor, Professor Scicluna

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna

Aktar informazzjoni dwar il-konferenza tinsab hawn

Ritratti: Melvin Bugeja