Rokna tal-Gvernatur

Forbes Magazine jippreżenta Rapport Speċjali tal-Pajjiż dwar Malta lill-Gvernatur

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, illum irċieva kopja stampata tal-ħarġa speċjali ta' Forbes Middle East dwar Malta. Ir-rapport tal-pajjiż, li jakkumpanja l-ħarġa ta' Forbes għal Settembru, jinkludi intervista mal-Gvernatur Scicluna. Fl-intervista tiegħu, il-Gvernatur iddiskuta l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u l-irkupru Malti, l-irwol tal-Banek Ċentrali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u r-relazzjoni bejn Malta u l-Lvant Nofsani.

L-intervista sħiħa bit-titlu "Punching Above One's Weight" hija disponibbli hawn.

Forbes Magazine jippreżenta Rapport Speċjali tal-Pajjiż dwar Malta lill-Gvernatur

Il-Gvernatur jirċievi kopja tar-rapport speċjali tal-pajjiż dwar Malta ppubblikat minn Forbes Magazine